Ir-Regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2021-2022 ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt.
B’kollox ser ikun hemm 1,582 post vakanti għall-istudenti. Minħabba l-pandemija COVID-19 l-applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju jintlaqgħu bejn is-27 ta’ Novembru u s-7 ta’ Diċembru 2020.
L-applikazzjonijiet ta’ “Applikanti l-Oħra” jintlaqgħu bejn id-29 ta’Jannar u t-12 ta’ Frar 2021.
Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja. Din is-sena hemm ukoll dħul fir-raba’ sena primarja fl-iskola tal-bniet ta’ St Monica, il-Gżira.
Il-lista tad-dokumenti meħtieġa, il-ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra huma mniżżla fir-regolamenti li jinsabu online.
L-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju jinkludu tfal li huma fi djar tal-Knisja, tfal tal-impjegati tal-iskejjel tal-Knisja, aħwa li jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom, transfers bejn skejjel tal-istess kongregazjoni reliġjuża u tfal li qegħdin fi skejjel tal-Knisja bla kontinwità.
Ser jiġu allokati wkoll numru ta’ postijiet lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet serji u li għalihom hemm regolamenti speċifiċi. Il-każijiet serji jinkludu tfal li għandhom jew ser ikollhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE, każijiet soċjali u każijiet ta’ tfal li qed ifittxu ażil.
Il-każijiet serji jsegwu proċess parallel għall-applikazzjonijiet l-oħra.
In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2021-2022 huwa kif ġej:
DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA FL-2020
Għas-sena skolastika li għadha kif bdiet (2020-2021), is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija rċieva 3,826 applikazzjoni għal 1,706 post vakanti f’diversi livelli tad-dħul.
Għal darb’oħra, it-talba kienet aktar mid-doppju tal-postijiet disponibbli fl-iskejjel tal-Knisja. Minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħħa l-pandemija COVID-19, il-poloz u l-għażla tal-iskola saru online.
//= $special ?>