Lokali Turiżmu

Clayton Bartolo mistenni jieħu t-Turiżmu minn idejn Julia Farrugia Portelli

Dak li sal-lum huwa s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo mistenni jieħu f’idejh il-Ministeru tat-Turiżmu.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalu li wara l-kontroversji li nqalgħu dwar il-mod kif tmexxa dan il-qasam tul ix-xhur tal-pandemija minn Julia Farrugia Portelli, Abela ma kellux għażla oħra għajr li jippprova jirranġa l-ħsara li saret billi jbiddel idejn dan il-portafoll.

Ikkummenta