L-eks MEP Soċjalista Portugiża Ana Gomes kien innominata għal Premju fil-ħidma tagħha kontra l-korruzzjoni. Il-Premju hu organizzat minn Transparency International u Gomes hi waħda minn erba’ Kandidati li ntagħżlu minn fost 400 nomina ta’ 228 individwu jew organizzazzjoni.
Fost dawk li awgurawlha kien l-MEP elett f’isem il-Partit Nazzjonalista, u Kwestur fil-Parlament Ewropew, David Casa, li fakkar fid-dedikazzjoni ta’ Ana Gomes matul il-karriera tagħha fl-istituzzjoni Ewropea.
David Casa fakkar kif l-eks MEP Portugiża dejjem rat li tiġġieled l-inġustizzja, issir minn min issir. Hu rringrazzjaha għax tenna li r-reputazzjoni tagħha titkellem għaliha nnifisha.
Fost l-oħrajn, Ana Gomes kienet strumentali fil-ħidma tal-Parlament Ewropew biex tkun miġġielda l-korruzzjoni fil-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat. Fil-fatt, hi kienet ta’ spiss iżżur Malta, b’laqgħat mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.
//= $special ?>