Futbol Sport

Gowl minn penalty ta’ l-eks Jake Grech iċaħħad tliet punti lill-Ħamrun Spartans

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rowen Camilleri

HIBERNIANS…………2

ĦAMRUN S…………….2

Hibernians: M. C. Cremona, L. Da Silva Almeida, A. Agius, J. Degabriele (R. Winchester 88’), B. Kristensen, D. Vella, Z. Grech (K. Laukzemis 52’), J. Grech, I. Artilles, S. Shodija (A. Attard 74’), W. Texeira (M. Ellul 88’)

Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, K. Micallef, J. Mbong, J. Soares, F. Sasere (M. Barbosa 73’), I. Adeshina (A. Oyama 68’) , J. Corbalan, M. Guillaumier, P. Djordjevic, E. Marcelina

Imwissija: Z. Grech 48’, J. Degabriele 71’, B. Kristensen 84’ (HI), J. Mbong 78’, M. Guillaumier 92’ (ĦS)

Tkeċċa: B. Kristensen 90’ (ĦI)

Skorjaw: F. Sasere 20’, J. Soares 22’ (ĦS), W. Texeira 29’, J. Grech 80’ (pen) (HI)

Referee: Glenn Tonna

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Mitchell Scerri

Il-Mument Plejer tal-logħba: Emerson Marcelina (Ħamrun Spartans)

BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)

Fi dwell li ntlagħab fil-Hibernians Stadium bejn żewġ timijiet li bla dubju għandhom aspirazzjonijiet għolja dan l-istaġun, Hibernians u Ħamrun Spartans spiċċaw fi dro ta’ 2-2, dro li jżomm lil tal-Pagun fl-ewwel post bl-istess punti daqs Gżira United. Kienet logħba bbilanċjata biż-żewġ timijiet ikollhom numru ta’ opportunitajiet ta’ skor u meta kollox deher li Ħarmun se jiksbu tliet punti, kien l-eks plejer tagħhom Jake Grech li ċaħħadhom minn dan meta fit-80 minuta ġab id-dro minn penalty.

Fl-ewwel minuta Adeshina ta’ Ħamrun żbalja u tilef il-pussess tal-ballun viċin il-kaxxa l-kbira tal-Ispartans iżda l-konklużżjoni ta’ Shodija għaddiet ftit barra. Ħamrun irrispondew ftit wara meta l-free-kick dirett ta’ Guillaumier fil-ħames minuta ġie mdawwar f’korner minn Calleja Cremona. Fl-10 minuta reġgħu kienu Ħamrun li mpenjaw lil gowlkiper ta’ Hibernians meta minn azzjoni personali, l-eks Mbong avvanza fuq ix-xellug u wara li daħal fil-kaxxa, minn pożizzjoni angolata xxutja fil-baxx b’Calleja Cremona għal darb’ oħra jkollu jdawwar f’korner.

Fl-20 minuta Ħamrun Spartans fetħu l-iskor meta minn kontrattakk Soares tefa’ kross mix-xellug li sab lil FRANKLIN SASERE żmarkat għal kollox b’dan tal-aħħar minn quddiem Calleja Cremona ma’ żbaljax. Żewġ minuti biss wara, l-Ispartans irduppjaw. Ige Adeshina beda l-azzjoni tal-gowl u qassam lil JORGE AILTON SOARES, li avvanza sa tarf il-kaxxa u prova xutt, li wara li xxellef mid-difensur Zachary Grech spiċċa wara Bartolo. Fid-29 minuta Hibernians naqqsu d-distakk minn free-kick dirett ta’ WILKSON TEXEIRA li b’xutt mill-isbaħ b’siequ x-xellugija ma ta l-ebda ċans lil Manuel Bartolo.

Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, Hibernians marru ferm viċin li jiksbu d-dro meta x-xutt minn barra ta’ Kristensen għeleb lil Bartolo iżda stampa mal-mimduda, bil-ballun jaqa’ fuq ras Jake Grech iżda Manuel Bartolo salva minn fuq il-linja.

L_ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima waslet fis-66 minn Ħamrun wara li Djordjevic ta ballun tajjeb fid-direzzjoni ta’ Soares u Shola Shodija għamel intervent f’waqtu fil-kaxxa ta’ Hibernians biex biegħed il-periklu. Erba’ minuti wara, il-free-kick ta’ Artilles għal Hibernians sab lil Kristensen waħdu mal-gowlkiper iżda bil-midfielder evidentament maħsud il-ballun ħabat ma’ saqajh u mar barra.

Fis-87 minuta Hibernians jingħataw penalty. Kien l-eks plejer tagħhom Joseph Mbong li deher jimbotta lil captain Andrei Agius bir-referee jsaffar il-penalty. Mill-11-il metru kien is-solitu JAKE GRECH li tefa’ l-ballun naħa u lil Manuel Bartolo n-naħa l-oħra.

Fis-87 minuta l-Ispartans jerġgħu jmorru viċin meta kross minn Barbosa sab lil Marcelina li minn taħt il-lasti tefa’ inkredibilment barra. Hibernians spiċċaw il-logħba b’għaxra minn nies meta fid-90 minuta Bjorn Kristensen ingħata t-tieni karta safra.