Matthias Mizzi
GŻIRA UNTIED………………….3
SLIEMA WANDERERS………..2
Gżira Utd: J. Haber, G. Bohrer, S. Borg, N. Muscat, D. Xuereb, M. Davis, H. Kone (’62 C. Borg), R. Correa, S. Borg, A. Samb (’68 J. De Assis), R. Kooh
Sliema W.: J. Galea, A. Satariano (’66 J. Farrugia), K. Shaw, A. Milesi (’56 D. Pereira), J. Mintoff (’56 D. Vukovic, G. Da Silva, J. Cisotti, G. Aquilna (’78 E. Agius), R. Kakinuma (’78 R. Kisil), A Cunha, M. Beerman
Imwissija: ’39 G. Aquilna (SLW), ’44 G. Bohrer (GŻR), G. Da Silva (SLW) , ’90 J. Haber (GŻR), ’90 + 4 M. Davis (GŻR)
Skorjaw: ‘8 M. Davis (GŻR), ’52 R. Sohna (GŻR), ’58 R. Kakinuma (SLW), ’80 J. Farrugia (GŻR), ’83 S. Borg (PEN)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Duncan Sultana & Christopher Francalanza
Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele
BOV Plejer tal-Logħba: R. Correa (GŻR)
F’konfront dirett u logħba bejn il-ġirien, iż-żewġ timijiet niżlu sabiex jakkwistaw it-tliet punti. Wara l-bidu negattiv tagħhom fl-ewwel żewġ partiti, issa Gżira jidhru li se jkunu qed jikkompetu mat-timijiet ta’ fuq fil-klassifika. F’logħba bbilanċjata miż-żewġ naħat, Sliema W. għarfu jiksbu d-dro minn tnejn b’xejn minn taħt iżda kienu sfortunati li sofrew penalty dubjuż żewġ minuti wara.
Fl-ewwel azzjoni denja tal-partita, Sliema marru viċin fl-ewwel ħames minuti wara li x-xutt ta’ Juri Cisotti għadda qrib il-lasti ta’ Justin Haber. Tliet minuti wara u Gżira fetħu l-iskor minn xutt fil-baxx ta’ MARTIN DAVIS wara pass preċiż ta’ Raphael Sohna. Gżira komplew jinsistu biex f’temp ta’ għaxar minuti kienu darbtejn sfortunati milli jiskorjaw.
Kwarta wara, u Sliema pprotestaw għal azzjoni kontroversjali. Jidher li d-difensur internazzjonali Malti Steve Borg imblokka kross insidjuż ta’ Riki Kakinuma b’idejh, madankollu r-referee Malcolm Spiteri ma saffarx għal penalty. 43 minuta logħob, u Riccardo Correa ra l-konklużjoni tiegħu tħakkek minn mal-mimduda biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur Gżira.
Ftuħ it-tieni taqsima, u proprju fil-ħamsa u għoxrin minuta Correa tela’ tajjeb minn mal-linja, tefa’ kross fil-baxx u SOHNA approfitta minn żball fid-difiża biex għamel l-iskor 2-0. 58 minuta logħob u l-gowlkiper internazzjonali Malti Galea kien strumentali biex ħalla lil Sliema fil-logħba.
Minuta wara, u Sliema reġgħu daħlu fil-partita wara li minn kontrattakk tajjeb KAKINUMA għamel l-iskor 1-0. Għaxar minuti mit-tmiem u s-sostitut JEAN PAUL FARRUGIA għamel l-iskor indaqs b’daqqa ta’ ras preċiża biex għeleb għalkollox lil Haber.
Fit-82 minuta, Sliema pprotestaw għal darb’oħra fejn ir-referee saffar għal penalty favur Gżira wara li d-difensur laterali Myles Beerman deher imiss il-ballun b’idu. Il-plejer inkarigat STEVE BORG ma falliex mill-ħdax-il metru biex tefa’ lil Gżira f’delirju ta’ ferħ.
Sliema komplew jagħfsu fuq il-ġirien però Gżira kienu dixxiplinati ferm fil-ħin miżjud sabiex akkwistaw it-tliet punti. B’hekk il-partita ntemmet fl-iskor ta’ 3-2 favur Gżira.
//= $special ?>