Lokali

L-awtoritajiet tal-ħabs jgħidu li “il-vittma ma kienx għadda d-dettalji tal-qraba tiegħu”

Tkompli s-saga wara l-aħħar fatalità fil-ħabs ta' Kordin

Wara li Net News żvela li l-familja tal-aħħar vittma li miet fil-ħabs ma kinitx infurmata b’dak li kien sehh, l-Aġenzija li tmexxi l-Facilita’ ta’ Kordin qalet illi l-persuna nvoluta ma kinitx ghaddiet id-dettalji tal-qraba. U għalhekk, wara l-mewt, skattaw il-proċeduri normali fejn il-Pulizija bħala parti mill-investigazzjoni tagħha tagħmel kuntatt mal-Konsulat tal-pajjiż konċernat biex ikunu identifikati u mgħarrfa l-qraba tal-prigunier.

L-awtoritajiet tal-ħabs qalu li dan hu l-uniku mod uffiċjali kif setgħu jkunu mgħarrfa l-qraba ladarba ma ngħataw l-ebda dettalji.

Ilbierah, f’kummenti lil Net News, anke l-istess avukat tal-vittma qalilna li lanqas hu ma kien infurmat b’dak li seħħ.