Fis-sitt programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar għada fl-4.00pm, fit-tieni parti tiegħu ser jerġa jixxandar il-feature rebbieħ fil-kategorija għall-‘Ġurnaliżmu tal-Isport’ fit-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards. Suċċess ieħor għal programm Sport Extra li bla dubju jikkonferma li jibqa’ l-programm multi-sport ewlieni f’pajjiżna. Il-feature rebbieħ b’muntaġġ ta’ Samira Cachia Spiteri kien: ‘L-istorja tkompli – l-KOM bejn l-1936 u l-1948’ b’filmati u intervisti uniċi li jistgħu jitqiesu bħala l-istorja uffiċjali tal-isport f’pajjiżna.
Fl-ewwel parti tal-programm l-enfażi ser tkun dwar il-basketball issa li beda l-istaġun 2020-2021. Charles Camenzuli żar il-kumpless tal-basketball fejn saru xogħolijiet strutturali sabiex issa dan il-kumpless huwa ta’ livell internazzjonali u bla dubju wieħed mill-isbaħ għal dan l-isport. Intervistat fil-programm il-president tal-Malta Basketball Association – Paul Sultana.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia u Joe Sultana.
//= $special ?>