Sport Sport Ieħor

Ivan Brincat elett President tal-Malta Billiards and Snooker Association

Ilbieraħ inżammet il-Laqgħa Ġeneral Annwali tal-Malta Billiards and Snooker Asscoiation fejn saret l-elezzjoni biex jimtlew bosta karigi fi ħdan l-assoċjazzjoni.

Ivan Brincat kien elett bħala President wara li kiseb 49 vot bil-kontestant l-ieħor Kevin Vella jġib 14-il vot. Joseph Zerafa kien elett bħala Viċi-President fejn ġab 52 vot filwaqt li Alexander Arena ġab 11-il vot. Andrea Aquilina kien elett bħala Segretarju fejn ġab 48 vot filwaqt li Lothar Mallia kien elett bħala Teżorier fejn ġab 51 vot. Cameron Farrugia kien elett bħala PRO wara li kiseb 48 vot. Terry Camiller u Maurice Calleja kienu eletti bħala memberi fi ħdan il-Malta Billiards and Snooker Asscoiation.