Futbol Sport

Jispikka l-konfront mill-quċċata tal-klassifika bejn Leicester u Liverpool

(Ritratt: EPA)

F’Anfield, Liverpool se jkunu qed jilqgħu lit-tim li jinsab fl-ewwel post tal-klassifika Leicester City, f’dik li titqies bħala l-partita tal-ġimgħa. Liverpool se jkollhom għadd ta’ plejers neqsin għal din il-partita b’ħafna mill-plejers se jkunu barra mill-azzjoni għal numru ta’ xhur. Leicester kellhom bidu pożittiv ferm għal dan l-istaġun b’ħafna qed iqabblu dan it-tim ma’ dak li rebaħ il-kampjonat fl-2016.


Partita oħra interessanti se tkun dik bejn Manchester City u Tottenham Hotspur. Tottenham kienu wieħed mill-aktar timijiet konsistenti fil-kampjonat sa issa u jinsabu fit-tieni post punt taħt Leicester. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Manchester City li dan l-istaġun ma kienux daqshekk konsistenti fil-prestazzjonijiet tagħhom.


Arsenal jilgħabu barra minn darhom kontra Leeds United f’partita li se tkun delikata għat-tim ta’ Mikel Arteta hekk kif il-pressjoni ta’ Leeds tista’ tesponi xi wħud mid-difetti tal-Gunners. Wara l-bidu tajjeb li kellhom Leeds, jidher li naqqsu xi ftit mir-ritmu fl-aħħar partiti hekk kif tilfu wkoll l-aħħar partita kontra Crystal Palace.


Manchester United m’għandhom ifallu hekk kif jilgħabu kontra West Bromwich Albion li minn naħa tagħhom jinsabu fit-18 –il post fejn għadhom ifittxu l-ewwel rebħa fil-kampjonat.

PREMIER LEAGUE
Illum: Newcastle v Chelsea 1.30pm, Aston Villa v Brighton 4.00pm, Tottenham v Man. City 6.30pm, Man Utd v WBA 9.00pm, Għada: Fulham v Everton 1.00pm, Sheff. Utd v West Ham 3.00pm, Leeds v Arsenal 5.30pm, Liverpool v Leicester 8.15pm, It-Tnejn: Burnley v C. Palace 6.30pm, Wolves v Southampton 9.00pm