Lokali

“Malta tilfet bniedem kbir”

Kulħadd kelma waħda … Malta tilfet bniedem kbir.

NET News tkellem ma’ diversi persuni li ħadmu qrib il-Professur Oliver Friggieri. Fost dawn, Sergio Grech … riċerkatur u awtur ta’ diversi kotba, kif ukoll ħabib personali tal-Professur Oliver Friggieri

Min-naħa tiegħu, l-eks Editur ta’ In-Nazzjon u Il-Mument, Victor Camilleri, stqarr magħna x’kien ifisser għalih Oliver Friggieri.

Hu tkellem magħna dwar il-kontributi li kien jagħti Oliver Friggieri.

NET News tkellem ukoll mal-President Emeritus ta’ Malta Ugo Mifsud Bonnici, li stqarr magħna kif għadu maħsud bl-aħbar tal-mewt tal-Professur Friggieri.

Ħabib ieħor tal-qalb hu l-eks Ministru Louis Galea, li spjega wkoll kif l-imħabba li kellu l-Professur Friggieri ġarrha miegħu sal-aħħar nifs.