Futbol Sport

Marsa jagħtu l-ewwel telfa lil San Gwann

Chris Cassar

MARSA ………………….. 3

SAN GWANN ………….. 0

Marsa: N. Vella, P. Chircop, J. Bondin, A. Monticeli, M. Micallef, J. Lima, D. Grima, P. Teixeira, F. Gusman, G. Mckay, L. Micallef

San Gwann: C. Formosa, J. Bowman, D. Fava, C. Gauci, P. Kanzurov, O. Spiteri, Z. Bowman, A. Zammit, G. Omoruanzoje, C. Gauci, G. Pace

Referee: Aleksander Jovanovic

Marsa komplew javvanzaw fil-klassifika meta b’wirja ferm tajba għelbu faċilment lil San Gwann, biex taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil-leaders San Gwann. Marsa favoriti għall-kampjonat Premier ikkonfermaw il-potenzjal tagħhom fejn issa jidher li t-tim immexxi minn Ivan Zammit sab l-istabilita’ u l-kontinwita li kienet nieqsa fl-ewwel ħarġiet.

L-ewwel fażi tal-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata bi ftit azzjonijiet ta’ skor. Marsa kif kien mistenni kellhom iktar mil-logħob iżda San Gwann bdew jgħalqu tajjeb l-ispazji. Marsa bdew iżidu fil-logħob u fis-36 minuta fetħu l-iskor. Kien ġmiel ta’ gowl skorjat minn LYDON MICALLEF li b’logħob inteliġenti minn distanza twila ħalla lill-gowlkiper Formosa jħares.

San Gwann kellhom reazzjoni tajba, u fl-40 minuta kienu wkoll sfortunati meta azzjoni personali ta’ Andrea Zammit fejn qabeż żewġ avversarji u bil-gowlkiper ħiereġ minn postu xxuttja fil-baxx, bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta u mir-rebound, l-istess Zammit kellu x-xutt imblukkat fuq il-linja minn Monticelli.

Eżatt qabel intemmet it-taqsima Marsa skorjaw it-tieni gowl b’azzjoni fuq il-lemin ta’ Jackson Lima li qassam lejn TEXEIRA fejn ikkontrolla tajjeb u spara fix-xibka.  

Fit-53 minuta LYDON MICALLEF neħħa d-dubji li din il-logħba seta’ kien baqgħalha meta skorja t-tielet gowl b’azzjoni personali.