Lokali

“Mingħajr rispett lejn il-poplu” – bint vittma tal-Covid-19

“Missieri ma kellux kundizzjonijet ta’ saħħa ulterjuri kif qalu, veru li kien kbir fl-eta’ imma hu miet bil-Covid-19 u mhux b’kundizzjonijiet oħra”

Hekk stqarret ma’ Net News Dianna Pisani li ftit tal-ġimgħat ilu tilfet lill-missierha wara li kien pożittiv għall-COVID-19

Hija esprimiet magħna rabja għall-fatt li l-Gvern fetaħ l-ajruport internazzjonali ta’ Malta u ma ttestjax lil dawk li kienu qed jivvjaġġaw lejn pajjiżna. Dan apparti li kompla jippjana diversi attivitajiet tal-massa.

Dianna spjegatilna kif missierha kien ilu ġewwa minn Marzu, eżatt malli faqqghet il-pandemija f’pajjizna.

Kompliet tgħidilna li l-akbar dispjaċir li għandha hu li ma setgħetx tkun preżenti ħdejn missierha fl-aħħar ħinijiet ta’ ħajtu

Il-messaġġ ta’ Dianna lill-awtoritajiet huwa wiehed ċar – il-ħajja ma tistax tibqa’ għaddejja b’mod normali qisu xejn mhu xejn u li l-pubbliku għandu jkun infurmat x’inhu jiġri verament

Din hi biss wahda minn bosta persuni li fl-ahhar jiem tkellmu ma’ Net News, fejn insistew li l-kondoljanzi tal-Gvern ghalihom ma jfissru xejn. Kif qaltilna Corrine Camilleri nhar il-Ħadd li għadda.