Futbol Sport

Napoli kontra Milan l-aktar li tispikka

Fi Stadio Sao Paolo, Napoli se jkunu qed jittamawa li jagħtu l-ewwel telfa tal-istaġun fis-Serie A lil Milan u jilħquwhom fl-ewwel post tal-klassifika bl-istess ammont ta’ punti.
Milan se jkunu mingħajr il-kowċ Stefano Pioli u l-assistent tiegħu wara li t-tnejn irriżultaw pożittivi għall-coronavirus bl-eks plejer ta’ Milan u l-kowċ attwali ta’ Napoli, Gennaro Gattuso se jkun qiegħed ifittex li jikseb t-tliet punti minn dan il-konfront.


Juventus se jkunu qed jilgħabu għand Cagliari, bil-kowċ Andrea Pirlo se jkun qiegħed ifittex li t-tim tiegħu jikseb it-tliet punti minn dan il-konfront wara l-bidu bi prestazzjonijiet mhux tal-istess livell li kienu fl-istaġuni li għaddew.


Inter se jittamaw li jżommu l-pass mat-timijiet fil-quċċata tal-klassifika meta jilgħabu kontra Torino, liema konfront jista’ jkun diffiċli għat-tim ta’ Antonio Conte hekk kif l-avversarji jinsabu fis-17 –il post tal-klassifika u se jkunu qed iħarsu li jitbiegħdu minn dik iż-żona.


Fi Stadio Olimpico, Roma jilgħabu kontra Parma fejn it-tim ta’ Paolo Fonseca se jkun qiegħed ifittex li jkompli fuq il-bidu pożittiv li sa issa kellu dan l-istaġun.

SERIE A
Illum: Crotone v Lazio 3.00pm, Spezia v Atalanta 6.00pm, Juventus v Cagliari 8.45pm, Għada: Fiorentina v Benevento 12.30pm, Verona v Sassuolo 3.00pm, Inter v Torino 3.00pm, Roma v Parma 3.00pm, Sampdoria v Bologna 3.00pm, Udinese v Genoa 6.00pm, Napoli v Milan 8.45pm