Internazzjonali

“Nofs il-każi qed jittieħdu minn persuni bla sintomi” – CDC

L-akbar numru ta’ infezzjonijiet  tal-Coronavirus qed jinfirxu permezz ta’ persuni li m’għandhomx sintomi.

Dan stqarru ċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard is-CDC.

Is-CDC qalet li dan juri l-importanza tal-użu tal-maskra.

Iċ-Ċentru qed jistma li aktar minn 50% tal-infezzjonijiet qed jiġu trażmessi minn persuni asontimatiċi, jew li m’għandhom l-ebda sintomu tal-virus. Dan ifisser li tal-anqas nofs l-infezzjonijiet ġejjin minn persuni li mhumiex konxji li qed iferrxu l-virus.

Skont is-CDC 24% tal-persuni li jittrażmettu l-virus qatt ma jiżviluppaw sintomi. 35% jitrażmettuh qabel ma jiżviluppaw is-sintomi u 41% jittrażmettuh meta jkollhom is-sintomi.

Ikkummenta