Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic eliminat minn Dominic Thiem għal post fil-finali tal-ATP Finals

Ir-rebbieħ tal-Open tal-Istati Uniti Dominic Thiem għeleb lin-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic, fi tliet sets drammatiċi li temmew 7-5 6-7 7-6 ġewwa l-O2 Arena f’Londra.

Fl-ewwel rawnd ta’ din il-kompetizzjoni, Thiem rebaħ Grupp B filwaqt li Djokovic temm fit-tieni post ta’ Grupp A.

Fl-aħħar sitt konfronti bejn dawn iż-żewġ tennisti, ħamsa minnhom kienu separati mill-aħħar u l-iktar set deċiżiv.

Illejla fit-tieni semi finali, r-rebbieħ tal-Paris Masters Dannil Medvedev jilgħab kontra ċ-Champion tar-Roland Garros Rafael Nadal, li għadu qatt ma rebaħ dan it-titlu minkejja d-diversi rebħiet f’kompetizzjonijiet prestiġġjużi.

Ikkummenta