Futbol Sport

Penalty mogħti darbtejn ta’ Bruno Fernandes irebbaħ lil Manchester United

(Ritratt: EPA)

Manchester United għelbu lil West Bromwich Albion 1-0, f’Old Trafford iżda huma mill-ġdid iddiżappuntaw fil-logħob tagħhom, bid-differenza bejn iż-żewġ naħat ikun il-penalty moghti darbtejn u skurjat mill-prolifiku Bruno Fernandes, kmieni fit-tieni taqsima.

Din ir-rebħa tpoġġi lil United fid-disa’ post, filwaqt li West Brom qiegħdin it-tielet mill-aħħar mingħajr rebħa f’dan il-kampjonat.

Ikkummenta