Futbol Sport

Rebħa għal Juventus permezz ta’ doppjetta ta’ Ronaldo

(Ritratt: EPA)

Juventus għelbu lil Cagliari 2-0 permezz ta’ doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo, biex b’hekk tlegħu temporanjament fit-tieni post. RONALDO fetaħ l-iskor wara 38 minuta logħob minn azzjoni ta’ Alvaro Morata. L-istess RONALDO għamilhom 2-0 erba’ minuti wara li korner ta’ Juan Cuadrado sab lil Merih Demiral li laqat ħażin bir-ras fejn Ronaldo kien pront u xeħet fix-xibka.

Lazio rebħu 2-0 kontra Crotone fi grawnd mgħerreq bl-ilma wara l-għargħar li laqtu lir-reġjun ta’ Calabria. CIRO IMMOBILE fetaħ l-iskor wara 21 minuta b’daqqa ta’ ras wara li rċieva kross mingħand Marco Parolo. Il-konferma tat-tliet punti waslet fit-58 minuta wara attakk personali ta’ JOAQUIN CORREA.

Atalanta kienu miżmuma fi dro ta’ mingħajr gowls kontra Spezia, biex b’hekk Atalanta tilfu ċ-ċans li jnaqqsu d-distakk mill-ewwel post.