Sport Sport Ieħor

Ronnie O’Sullivan fil-finali tal-Open tal-Irlanda ta’ Fuq

Ronnie O’Sullivan rebaħ ħames frames konsekuttivi wara li kien minn taħt biex għeleb lil Ali Carter 6-3 fis-semi finali u ħataf post fil-finali tal-Open tal-isnooker tal-Irlanda ta’ Fuq. Carter ħa vantaġġ ta’ 3-1, iżda n-numru tnejn tad-dinja O’Sullivan għamel rimonta mill-aqwa biex dawwar ir-riżultat favurih.

Dawn iltaqgħu l-aħħar fiċ-Championship tad-Dinja tal-2018, fejn it-tnejn ġabu isimhom fuq l-aħbarijiet internazzjonali. Dan wara li O’Sullivan qal lil Carter ‘Mr Angry’ u tah daqqa bi spaltu waqt frame partikolari. Huwa kien tilef dan il-konfront 13-9.

Illejla, in-numru wieħed tad-dinja Judd Trump jilgħab fis-semi finali kontra David Grace għall-aħħar post fil-finali.