Lokali

Sena mill-kriżi – rewwixta ta’ poplu

Rabja. Dan kien is-sentiment sena ilu … meta pajjiżna daħal fl-akbar kriżi politika li qatt ra fl-aħħar għexieren ta’ snin.

Il-President tal-organizzazzjoni non-governattiva Repubblika, Robert Aquilina, iddeskriva s-sentiment li kien jinħass f’Novembru tas-sena li għaddiet.

Fakkar kif wara li erbat ijiem qabel … fil-Qorti … b’sorpriża, Keith Schembri rtira proċeduri legali fil-konfront tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil … pajjiżna sebaħ għal dak il-jum li kellu jimmarka l-bidu ta’ kriżi politika … il-jum li beda bl-arrest ta’ Yorgen Fenech.

Robert Aquilina kien mistieden fil-programm NET Live ma’ Robert Cremona, flimkien mal-ġurnalist Dione Borg, li spjega kif sena ilu kienet propju s-soċjetà ċivili li ddominat ix-xena.

Min-naħa tiegħu, f’intervent matul il-programm, il-Professr Ġorġ Mallia qal li l-parteċipazzjoni tal-poplu sena ilu kienet xi ħaġa storika.

Il-Professur Mallia qal li minkejja li min kien responsabbli warrab … jidher li fadal elementi ta’ kontinwità … anke jekk xi bidliet saru … iżda ċertu persuni għadhom qed jiġu trattati bħala ‘artistokrazija politika’.

U l-Editor-in-Chief tat-Times of Malta Hermann Grech qal li l-media kellha rwol kruċjali fl-istorja li seħħet sena ilu.

Hermann Grech qal li saru żbalji intenzjonati min-naħa tal-awtoritajiet, tal-Pulizija u tal-Gvern biex jgħattu ċerti affarijiet. Illum qed nintebħu aktar kemm kien hemm attentati biex jinħbew affarijiet u qed naraw kif ħlejna aktar minn sentejn biex bdejna nitrattaw verament bis-serjetà l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-kriżi politika ħalliet impatt qawwi fuq il-pajjiż … impatt li għadu jinħass sal-ġurnata tal-lum.