Lokali

Tibqa’ ma taċċettax l-istedina ta’ Net TV

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tibqa’ ma taċċettax l-istedina ta’ Net Television biex tiddibatti mad-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo.

Net TV bagħat stedina lill-Ministru biex tattendi fuq il-programm Net Live ta’ Robert Cremona… li qed jagħti spazju għal dibattiti bejn deputati tal-Gvern u dawk tal-Oppożizzjoni dwar temi kurrenti u importanti fil-pajjiż…

Iżda l-assistenta ta’ Farrugia Portelli għall-ewwel stedina tagħna qalet li fil-jum u l-ħin li stedinniha, il-Ministru kellha impenji oħra.

Għaldaqstant aħna għamilna stedina miftuħa lill-Ministru biex tagħżel hi il-jum li fih tixtieq tiddibatti mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu, Robert Arrigo.

Din il-ġimgħa kelna l-opportunità nistaqsu direttament lill-Ministru jekk kinitx bi ħsiebha taċċetta l-stedina tagħhna

Sal-lum… il-Ministru Julia Farruga Portelli għadha ma tatx tweġiba dwar meta jew jekk hix beħsiebha taċċetta l-istedina ta’ Net Live.

Il-Ministru tat-Turizmu fl-ahhar jiem kienet fic-centru ta’ dibattitu jahraq wara li harget thabbar serje ta’ attivitajiet tal-Milied fil-Belt f’nofs pandemija, bil-Ministru tas-Sahha evidenti li ma kien jaf xejn dwarhom. Anke s-sidien tal-hwienet fil-kapitali qed jghidu li l-istess kliem tal-Ministru holoq aktar hsara milli gid…ghaliex nissel konfuzjoni.