Tliet persuni oħrajn tilfu ħajjithom fl-Isptar Mater Dei kawża tal-Coronavirus f’pajjiżna.
Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa, fi stqarrija, fejn kien spjegat li l-ewwel każ hu ta’ raġel ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fid-9 ta’ Novembru u miet ilbieraħ.
It-tieni każ hu ta’ mara ta’ 82 sena, li wkoll kienet ikkonfermata pożittiv għall-virus fid-9 ta’ Novembru, iżda li mietet dalgħodu.
U t-tielet każ hu ta’ raġel ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fis-6 ta’ Novembru u wkoll miet illum.
B’hekk, l-ammont ta’ vittmi kawża tal-Coronavirus f’pajjiżna issa tela’ għal 111, bl-iżgħar vittma s’issa kien raġel ta’ 46 sena.
//= $special ?>