Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19 : 102 każi ġodda, ifiqu 89

Komplew jiżdiedu l-każi pożittivi f’pajjiżna, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżulta li 102 persuna oħra rriżultat pożittiv. B’hekk, it-total tal-każi issa tela’ għal 9,141.

Skont l-aħħar aġġornament tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, fl-aħħar sigħat fiequ wkoll 89 persuna oħra sabiex it-total ta’ persuni li fiequ minn dan il-virus huwa ta’ 6,654.

B’hekk, jekk wieħed jgħodd ukoll lill-111-il vittma li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19… s’issa, il-każi attivi issa huma 2,165.