Coronavirus Lokali Saħħa

“Dejjem tmaqdru” – it-tweġiba tal-paġna tas-Saħħa għat-tħassib tal-Maltin fuq il-COVID-19

Il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa għażlet li twieġeb għat-tħassib tal-Maltin fuq iż-żieda astronomika ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 u qaltilhom li dejjem imaqdru.

Jidher li xi ħadd mill-amministraturi tal-paġna nesa jaqleb għall-profil personali tiegħu jew tagħha ħalli jgħaddu l-kummenti tagħhom fuq il-paġna li jamministraw.

Il-paġna qalet li l-poplu Malti għandu jirringrazzja ‘l Alla li f’pajjiżna għandna kollox b’xejn filwaqt li f’kumment ieħor, il-każi kienu jittriplaw li kieku ma jintlibsux il-maskri.

Dan meta bħalissa f’pajjiżna hawn aktar minn 2,165 każ attiv, b’ 243 każ ġdid jitħabbru f’din it-tmiem il-ġimgħa biss.