Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr gowls bejn Balzan u Floriana

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Balzan…………………..0

Floriana…………………0

Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab (N. Frendo 89’), P. Fenech (S. Cipriott 73’), L. Mc Woods (A. Effiong 80’), S. Pisani (P. Mota 80’), S. Bezzina, D. Johnson, U. Ljubomirac, S. Dimic, M. Kamara

Floriana: E. Akpan, E. Ruiz, D. Venancio, K. Keqi (B. Paiber 75’), J. Arias, J. Pisani, M. Garcia, M. Dias, J. Busuttil (S. Arab 81’), R. Camenzuli, T. Fonseca

Referee: T. Farrugia Cann

Assistent Referess: L. Portelli, T. Debono

Floriana tilfu ċ-ċans li jersqu viċin Gżira United u Hibernians li jinsabu fl-ewwel post wara li ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Balzan. Għal Balzan din kienet ir-raba’ partita mingħajr rebħa.

Floriana kellhom numru ta’ opportunitajiet iżda ġew mċaħħda minn Vranes li wettqu numru ta’ interventi li kienu kruċjali biex żamm lil Balzan fil-partita. L-ewwel azzjoni perikoluża tal-partita wasslet minn Floriana fejn wara cross ta’ Garcia, kien Arias li ra l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata minn Vranes. Floriana resqu għal darb’oħra viċin man-nofsiegħa logħob meta x-xutt Kristian Keqi għadda ftit barra. Balzan resqu viċin li jiftħu fil-35 minuta meta Pisani qassam lejn Ljubomirac li l-cross fil-baxx tiegħu sab lil Dimic iżda ra lil Akpan isalva t-tentattiv tiegħu. Tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima x-xutt ta’ Ljubomirac għadda għoli. Fit-tieni taqsima, Floriana ħarġu fuq l-offensiva u fil-51 minuta meta Busuttil sab lil Keqi li għal darb’oħra kien mċaħħad minn Vranes.

Floriana kellhom l-aqwa ċans tal-partita fis-66 minuta meta Arias qabbeż minfuq Vranes iżda Michael Johnson laħaq minfuq il-linja biex neħħa l-periklu.

Sbatax –il minuta minn tmiem il-parttia, Vranes għal darb’oħra protagonist meta salva b’mod tajjeb l-konklużjoni mill-viċin ta’ Fonseca. Lejn it-tmiem is-sostitut Arab reġa ra lil Vranes iċaħħad lil Floriana mit-tliet punti. Fil-ħin addizzjonali, l-konklużjoni ta’ Arias ħabtet mal-wieqfa biex il-partita ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.