Lokali

“Għandna bżonn soċjetà mifnija bl-imħabba” – L-Arċisqof ta’ Malta

“Għandna bżonn soċjetà mifnija bl-imħabba.” Hekk stqarr l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna waqt iċ-ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa liturġika ta’ Kristu Re li saret fil-Bażilika Minuri Kristu Re ta’ Raħal Ġdid fejn fid-diskors tiegħu fakkar biex kulħadd jirrispetta lil-ħaddieħor.

L-Arċisqof kompla jgħid li hawn nuqqas ta’ ugwajanza fid-drittijiet għall-membri kollha tas-soċjetà. Hu fakkar fi kliem Ġesu fejn kien qal li kulma tagħmlu miegħi u b’hekk qatt m’għandha issir distinzjoni bejn individwu u ieħor, anzi għandna nuru l-imħabba lejn xulxin.

Charles J. Sciluna qal li hemm bżonn li dawk fl-għola pożizzjoni jużaw il-poter għall-ġid tal-komunità u mhux dak personali.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena kienet waħda b’differenza hekk kif ma saritx il-purċissjoni annwali sabiex kollox isir skont il-miżuri relatati mal-pandemija. Preżenti għall-din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm fost oħrajn l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, id-Deputat Edwin Vassallo u l-kunsillier Ivan Bartolo.

Ritratti: Matthew Tabone