Lokali

Il-Professur Oliver Friggieri se jingħata funeral mill-Istat

Il-Professur Oliveri Friggieri se jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-Istat.

Fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu, ġie deċiż li l-funeral tal-Prof. Friggieri jiġi organizzat mill-Istat b’rikonoxximent għall-kontribut straordinarju li wettaq b’risq pajjiżna u niesu tul il-karriera tiegħu.

Il-Professur Friggieri ma kienx biss kittieb prolifiku mill-aqwa u ġgant tal-letteratura Maltija, iżda x-xogħlijiet tiegħu tradotti f’diversi lingwi kisbu wkoll rikonoxximent fuq livell internazzjonali.

Id-dettalji dwar il-funeral tal-Professur Friggieri jitħabbru aktar tard.