Lokali

AĠĠORNATA: Jiżgiċċa lill-uffiċjali meta kienu qed iressquh il-Qorti

Mument ta’ tensjoni dalgħodu fi Triq ir-Repubblika wara li wieħed mill-immigranti li kien qed jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-11am irnexxielu jaħrab minn taħt għajnejn l-uffiċjali tal-Pulizija.

Dan l-immigrant (ritratt fuq) li għadu żgħir fl-eta’, ġie miżmum fi ftit minuti wara li ġrew warajh l-uffiċjali tal-ħabs u l-Pulizija.

L-immigranti kienu biss grupp minn nurmu ta’ persuni li dalgħodu tressqu b’urġenza l-Qorti.

Fost l-oħrajn, tressqu persuni akkużati bi vjolenza domestika u pussess ta’ dokumenti foloz.

Ritratti: Martin Agius