Lokali

“Kburin bl-għeruq Soċjalisti tagħna” – Robert Abela

F’diskors fiċ-Ċentri Nazzjonali Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li mhu qed iħalli ebda negozju jikrolla, mingħajr ma kien sensittiv lejn id-diversi intrapriżi u ħwienet li spiċċaw għalqu minħabba d-daqqa tal-pandemija.

“Hawn sens ta’ normalità”, qal Robert Abela “u ninsabu kburin li aħna Soċjalisti”.

Il-Prim Ministru qal li jiddispjaċih għal kull mewt li kellna bil-Covid. “In-nies iridu jobdu”, qal Robert Abela.

U f’reazzjoni għall-kritika enormi li kellu f’dawn l-aħħar ġranet, Robert Abela qal li għada se jkun qed iżur l-isptar. “Pajjiżna qed ilaħħaq mas-sitwazzjoni”, sostna quddiem il-partitarji laburisti. “Għamilna dak kollu li stajna biex nipproteġu l-ħajjiet tan-nies”.

Qabel Robert Abela tkellem Edward Scicluna, illi fid-diskors tiegħu stqarr li jinsab emozzjonat u li hu kburi li laħaq il-ħolma tiegħu.

U qal li l-Ministru l-ġdid, Clyde Caruana, se jkun għażla tajba. “Issa moħħni mistriħ li nista’ nirtira”, qal Scicluna.