Lokali

Libjan isofri ġrieħi gravi waqt argument

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Libjan ta’ 27 sena li joqgħod l-Imsida kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li lbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija, waqt li kien fi Triq Birkirkara, San Ġwann, dan il-Libjan kellu argument ma’ Libjan ieħor ta’ 27 sena, li joqgħod Tas-Sliema.

Huma telqu minn San Ġwann, saqu wara xulxin u l-argument kompla f’parkeġġ li jinsab fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Waqt l-argument intużat sikkina u l-Libjan li jgħix l-Imsida sofra xi ġrieħi.

Huwa ħarab minn fuq il-post u ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin