Futbol Sport

Liverpool jirbħu u jilħqu lil Tottenham f’ras il-klassifika

(Ritratt: EPA)

Liverpool kisbu s-sitt rebħa tal-istaġun fejn għelbu lil Leicester City, 3-0, f’Anfield Road.
Minkejja li niżlu b’diversi plejers regolari neqsin, il-kwalità ta’ Liverpool kienet evidenti – b’Leicester ukoll iħossu n-nuqqas ta’ first-teamers bħal Soyoncu u Ricardo Pereira fid-difiża, l-istess bħal Timothy Castagne li kien wieħed mill-plejers rivelazzjoni għall-Foxes mindu ssieħeb magħhom minn ma’ Atalanta.
Intant, wara biss 21 minuta, id-difensur ta’ Leicester, Jonny EVANS, wettaq awtogol sfortunat waqt li kien qed jipprova jrażżan lil Sadio Mane fil-kaxxa. Il-gowl ħasad lil Leicester li erba’ minuti mill-mistrieħ sabu ruħhom 2-0 min taħt meta Diogo JOTA sammar fix-xibka bir-ras fuq il-cross preċiż ta’ Andy Robertson.
Fit-tieni taqsima, Liverpool amministraw ir-riżultat mingħajr wisq affann u fil-91 minuta, Roberto FIRMINO sab ix-xibka bir-ras fuq il-korner ta’ Milner biex għalaq kull diskors. B’din ir-rebħa Liverpool laħqu lil Tottenham Hotspur f’ras il-klassifika fuq 20 punt u meta Spurs għandhom differenza ta’ gowls superjuri.

PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ:
Newcastle v Chelsea 0-2, Aston Villa v Brighton 0-2, Tottenham v Man. City 2-0, Man Utd v WBA 1-0, Illum: Fulham v Everton 2-3, Sheff. Utd v West Ham 0-1, Leeds v Arsenal 0-0, Liverpool v Leicester 0-3 Għada: Burnley v C. Palace 6.30pm, Wolves v Southampton 9.00pm