Futbol Sport

Milan isaħħu l-ewwel post u jibqgħu bla telfa

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu rebħa importanti u saħħew posthom f’ras il-klassifika meta għelbu lil Napoli 3-1. Milan fetħu l-iskor wara 20 minuta permezz ta’ ZALTAN IBRAHIMOVIC. L-istess plejer irdoppja fl-54 minuta biex DRIES MERTENS daħħal lil Napoli fil-partita fit-63 minuta. Napoli sfaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Tiemoue Bakayoko ntwera’ t-tieni karta safra. JENS PETTER HAUGE aċċerta mit-tliet punti għal Milan fil-ħin addizzjonali żejjed fi tmiem it-tieni taqsima.


Inter wettqu rimonta fl-aħħar 26 minuta biex għelbu lil Torino 4-2. Kienu Torino li fetħu vantaġġ doppju, l-ewwel kien SIMONE ZAZA li skorja fil-ħin addizzjonali ta’ tmiem l-ewwel taqsima. Torino ngħataw penalty fil-61 minuta meta Young waqqa’ lil Singo fil-kaxxa, minn ħdax –il metru, DANIEL ANSALDI ma żbaljax. Inter irrispondew u żewġ minuti wara daħlu fil-partita permezz ta’ ALEXIS SANCHEZ. ROMELU LUKAKU ġab id-draw fis-67 minuta b’konklużjoni mill-viċin. Inter ingħataw penalty fil-81 minuta meta N’Koulou deher iwaqqa’ lil Hakimi fil-kaxxa, b’LUKAKU jiskorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Inter. LAUTARO MARTINEZ aċċerta mit-tliet punti fid-90 minuta.


Roma kisbu rebħa komda ta’ 3-0 kontra Parma biex b’hekk komplew bl-istaġun pożittiv tagħhom. BORJA MAYORAL fetaħ l-iskor wara 28 minuta meta rċieva pass tajjeb mingħand Spinazzola. HENRICK MKHITARYAN għamilhom 2-0 fit-32 minuta b’konklużjoni mill-barra l-kaxxa, biex l-istess plejer għamilhom 3-0 fil-41 minuta.


Fiorentina koplew bl-istaġun negattiv tagħhom minkejja li ħatru lil Cesare Prandelli bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom meta tilfu f’darhom kontra Benevento 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-52 minuta permezz ta’ RICCARDO IMPORTA.


Sassuolo komplew jirbħu u jissorprendu metra barra minn darhom għelbu lil Verona 2-0. JEREMIE BOGA fetaħ l-iskor wara 42 minuta biex DOMENICO BERARDI ta t-tliet punti lit-tim ta’ Sassuolo fis-76 minuta.


Fi Stadio Luigi Ferraris, Bologna għelbu lil Sampdoria 2-1. Kienu Sampdoria li fetħu l-iskor wara seba’ minuti permezz ta’ Morten Thorsby. Bologna ġabu d-draw fl-44 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ VASCO REGINI, biex fit-52 minuta, RICCARDO ORSOLINI skorja l-gowl tar-rebħa għat-tim imexxi minn Sinsia Mihajlovic.

SERIE A
Ilbieraħ: Crotone v Lazio 0-2, Spezia v Atalanta 0-0, Juventus v Cagliari 2-0, Illum: Fiorentina v Benevento 0-1, Verona v Sassuolo 0-2, Inter v Torino 4-2, Roma v Parma 3-0, Sampdoria v Bologna 1-2, Udinese v Genoa 1-0, Napoli v Milan 1-3