Sport Sport Ieħor

PAOK jiddominaw ukoll it-tieni leg kontra Kavallieri

It-team tan-nisa tal-handball ta’ Kavallieri reġa kien fl-azzjoni fit-tieni leg tat-tielet round tat-Tazza tal-Ewropa kontra PAOK champions tal-Greċja. F’partita oħra mill-aktar diffiċli, Kavallieri wara li fl-ewwel leg tilfu 16 – 46 il-bieraħ filgħaxija fil-Kumpless tal-Isport f’Tal-Qroqq, sfaw megħluba 36 – 8 It-Tazza tal-Ewropa hija l-kompetizzjoni ewlenija fi ħdan il- Federazzjoni Ewropeja tal-Hockey li fiha qed jippartecipaw wieħed u erbgħin club minn tmintax-il pajjiż Ewropew.

Għal kuntrarju tal-ewwel leg, Kavallieri kienu deċiżi li ma jħallux l-iniżjattiva f’idejn PAOK tant li wara li sal-ewwel minuti kienu 3 – 3 kien biss fl-14 il-minuta li PAOK fetħu vantaġġ taż ħames gowls 9 – 4 , sal-24 minuta d-distakk żdied għal-14 – 5 bl-ewwel taqsima tintemm Kavallieri 6 PAOK 17 It-tieni taqsima kienet fuq l-istess andament b’PAOK jiddettaw għal ħinijiet twal tant li s-seba’ gowl minn Kavallieri wasal biss fl-għaxar minuta bl-iskor 24 – 7 .

Ir-reazzjoni minn Kavallieri ma waslitx b’PAOK imorru 30 – 8 sal-21 minuta biex man-nofs siegħa u tmiem il-partita għalqu 8 – 36 . PAOK b’hekk għaddew għal mal-grupp tal-aħħar 16 fuq aggregate ta’ 24 – 82 L-aħjar skorer fil-partita kienet Evgenia Samolada għal PAOK bi 12 il-gowl bil-gowls ta’ Kavallieri skurjati erba’ minn Irena Drugovic, tnejn minn Gabriella Xuereb u gowl kull wieħed minn Emma Xuereb u Daryl Azzopardi.