Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt

Sewwieq ta’ mutur, Serbjan ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn, jinsab fi-periklu tal-mewt wara ħabta li kellu ma’ karozza għal ħabta tas-sagħtejn u nofs tal-Ħadd waranofsinhar fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Minnufih, fuq il-post waslu membri tal-Pulizija u tim mediku biex jassistu lill-vittma fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-iktar kura.

Mill-ewwel investigazzjonijiet juru li ġrat ħabta bejn mutur Honda, misjuq mis-Serbjan, u karozza Mercedes Benz, misjuqa minn Ingliż ta’ 71 sena residenti l-Marsa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.