Lokali

Taqa’ gallarija ta’ binja fil-Pietà

Fortunatament, ħadd ma’ weġġa’ wara li f’nofs maltempata waqgħet gallarija ta’ binja fi Triq Zammit Clapp, fil-Pietà.

Jidher li fejn waqgħet qed isir xi xogħol ta’ rinovar.

It-triq ingħalqet għat-traffiku hekk kif tul it-triq hemm mifrux knaten ta’ ġebel u ħadid li kien idawwar il-gallarija.

Ritratti: Ramon Farrugia