Futbol Sport

Telfa oħra għal Senglea b’Mosta jdawwru telfa f’rebħa

(Ritratt: Joe Borg/ MFA)

Luke Micallef

SENGLEA ATHLETIC…………………. 1

MOSTA…………………. 3

Senglea: M. Farrugia, Z. Cassar, A. Abela, K. Atkinson, I. Misan, J. Tanti, L. Riascos, J. Dibola (D. Xuereb 66’), D. Kukic, L. Galea, W. Gomes

Mosta: Y. Bitseki, C. Ememe (O. Sammut 90’), J. Bezzina (K. Tulimieri 20’), D. Bonnici (A. Spiteri 66’), C. Failla, G. Sciberras (S. Martinez 46’), T. Farrugia, M. Muchardi, L. Portelli, R. Morisco, B. Kaljevic

Imwissija: G. Sciberras 26’ (M), K. Tulimieri 28’ (M), L. Galea 42’ (S), L. Portelli 56’ (M), T. Farrugia 64’ (M), I. Misan 68’ (S)

Tkeċċija: L. Galea 83’ (S)

Skorjaw: W. Gomes 57’ (S), L. Riascos (og) 71’ (M), C. Evo Ememe 80’ (M), K. Tulimieri 89’ (M)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Christ Evo Ememe (Mosta)

BOV Plejer tal-logħba: Christ Evo Ememe (Mosta)

Fl-aħħar inkontru bejn dawn iż-żewġ timijiet lura fi Frar ta’ din is-sena, kien it-tim Mosti li ħareġ bit-tliet punti. Fil-partita tal-bieraħ Mosta reġgħu kienu rebbieħa u dawru telfa f’rebħa f’logħba li ħadet il-ħajja fit-tieni taqsima.

L-ewwel 45 minuta tal-partita kienet waħda kwieta nieqsa mill-azzjonijiet. L-uniċi żewġ azzjonijiet denji ta’ nota waslu man-nofs siegħa logħob mit-tim Mosti. Xutt bid-dawra ta’ Christ Evo Ememe spiċċa għoli. Tmien minuti wara s-Sengleani rrispondew permezz ta’ xutt ta’ Kevaughn Atkinson bix-xutt tiegħu kien imdawwar f’korner minn Yves Bitseki Moto.

It-tieni taqsima kienet ftit aktar movimentata. Fit-52 minuta xutt ta’ Jan Tanti intlaqa’ mill-gowler Mosti. Fis-57 minuta t-tim tal-Isla ngħata penalty wara li Liam Portelli waqqa’ lil Wilkerson fil-kaxxa. Inkariga minnu l-istess WILKERSON GOMES li b’xutt fil-baxx fil-kantuniera xellugija tal-lasta għeleb lil Bitseki. Fil-71 minuta t-tim Mosti ġab il-gowl tad-dro’ hekk kif difensur ta’ Senglea xxuttja ġo sieħbu stess LUIS RIASCOS bil-ballun spiċċa wara Matthew Farrugia. Fit-80 minuta Bojan Kaljevic ra x-xutt tiegħu jintlaqa’ minn Farrugia bil-ballun jolqot mal-lasta l-wieqfa u daħal bir-ras CHRIST EVO EMEME li tefa’ wara Farrugia u ta l-vantaġġ lill-Mostin. Fl-84 minuta tkeċċa Lee Galea ta’ Senglea. Fl-azzjoni ta’ wara Morisco Rafael ra l-freekick tiegħu milqugħ f’żewġ tentattivi. Tliet minuti mit-tmiem xutt b’saħħtu mill-viċin ta’ Ememe intlaqa’ minn Farrugia. Fid-89 minuta minn kross li waqa’ f’saqajn KEVIN TULIMIERI faċilment għeleb lil Farrugia u ssiġilla l-rebħa.