Coronavirus Lokali

Żewġ anzjani oħra vittmi tal-COVID-19 f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani oħra mietu bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 98 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet ukoll aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

B’hekk, dawn iż-żewġt imwiet jiżdiedu mal-111 oħra biex b’hekk it-total issa hu dak ta’ 113. U meta wieħed inaqqas dawn l-imwiet mill-każi attivi, issa għandna 2,163 persuna pożittiva għall-COVID-19.

U għal darb’oħra, il-Ministeru għas-Saħħa ħas li għandu jħabbar dawn l-imwiet propju eżatti wara li spiċċaw il-bulettini tal-aħbarijiet kollha lokali.