Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 80 każ ġdid f’pajjiżna; ifiequ 177

Fl-aħħar 24 siegħa minn total ta’ 2,192 test, 80 persuna rriżultaw pożittiv għall-virus.

Dan itella’ għal 9,221 it-total ta’ każi rreġistrati f’pajjiżna mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn.

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 177 persuna u meta wieħed iqis ukoll il-113-il vittma, issa l-każi attivi huma 2,066.

Għaldarbohra, ‘l biċċa l-kbira tat-trażmissjoni fost dawk magħrufa minn fejn ħadu l-virus kienet fost membri tal-istess familja.