Fl-aħħar sigħat l-MFA ħabbret f’komunikazzjoni li l-partita li kienet posposta fi tmiem il-ġimgħa bejn Birkirkara u Tarxien Rainbows se tintlagħab nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru fis-7.00pm fil-Hibernians Stadium.
Din il-partita kienet pospost minħabba li Birkirkara ntemmilhom il-perjodu ta’ kwarantina ftit jiem qabel il-konfront kontra Tarxien wara li kellhom għadd ta’ każijiet pożittivi ta’ coronavirus.
//= $special ?>