Futbol Sport

Draw f’Molineux u Burnley bl-ewwel rebħa tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Wolves u Southampton ħadu punt kull wieħed meta temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Southampton li fetħu l-iskor fil-58 minuta permezz ta’ THEO WALCOTT. PEDRO NETO ġab id-draw kwarta mit-tmiem biex salva punt għal Wolves.

Burnley kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun meta f’Turf Moor għelbu lil Crystal Palace 1-0. Il-gowl deċiżi wasal wara biss tmien minuti meta minn pass fit-tul kien Jay Rodriguez li niżżel lejn CHRIS WOOD li kkonkluda għal wara Guaita. Cystal Palace kellhom bosta ta’ opportunitajiet li jġibu d-draw iżda kienu mċaħħda mill-gowlkiper ta’ Burnley Nick Pope.