Edukazzjoni Lokali

ELEMENTI TAL-AI – Kors b’xejn online dwar l-AI bl-Ingliż u l-Malti


L-Elementi tal-AI huwa serje ta’ korsijiet online bla ħlas maħluq minn Reaktor u mill-Università ta’ Ħelsinki. Irridu nħeġġu grupp kemm jista’ jkun kbir ta’ nies sabiex jitgħallmu

x’inhi l-AI, x’jista’ (u x’ma jistax) isir bl-AI, u kif jibdew jinħolqu metodi tal-AI. Il-korsijiet jikkombinaw it-teorija ma’ eżerċizzji prattiċi u jistgħu jitlestew bil-pass tiegħek.

L-istorja tagħna s’issa

Fir-rebbiegħa tal-2018, Reaktor u l-Università ta’ Ħelsinki ngħaqdu flimkien sabiex jgħinu lin-nies jużaw, u mhux iħossuhom mhedda, mill-AI. Flimkien, bnew l-Elementi tal-AI biex

jgħallmu l-punti bażiċi tal-AI lil nies minn firxa wiesgħa ta’ sfondi.

L-Università ta’ Malta

F’nofs il-Mediterran, l-Universita’ ta’ Malta (UM) kienet, matul l-istorja ta’ 400 sena tagħha, iċ-ċentru għall-iskambju akkademiku internazzjonali fil-gżira. L-Universita ta’ Malta hija l-istituzzjoni ewlenija ta’ edukazzjoni ogħla f’Malta u l-istrutturi tagħha huma konformi mal-

Proċess ta’ Bolonja u l-qasam Ewropew ta’ Edukazzjoni Ogħla.

Fl-Universita ta’ Malta nwettqu riċerka akkademika u nipprovdu ambjent vibranti ta’ edukazzjoni ogħla fl-arti, ix-xjenzi u l-istudji umanistiċi kif meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali ta’ Malta. Il-korsijiet tagħna huma mfassla biex

jipproduċu professjonisti kwalifikati f’diversi dixxiplini. Il-komunità tal-alumni tagħna qed tikber b’mod esponenzjali: aktar minn 3,500 student jiggradwaw f’diversi dixxiplini

kull sena.

Illum l-Universita ta’ Mata magħmula minn erbatax-il fakultà, numru ta’ istituti u ċentri interdixxiplinari, tliet skejjel u junior college. Minbarra l-kampus ewlieni, li jinsab fl-Imsida, hemm tliet kampus oħra: il-Belt Valletta, Marsaxlokk, u Għawdex. Il-lingwa tat-tagħlim hija

l-Ingliż.

L-eSkills Malta Foundation

L-eSkills Malta Foundation hija l-Koalizzjoni Nazzjonali għall-avvanz tal-Ħiliet Diġitali u l Professjoni tal-IT. Il-Koalizzjoni hija meqjusa waħda mil-aħjar prattici fl-Ewropea,

u l-għan ewlieni tagħha huwa li timpenja ruħha mal-membri tagħha u entitajiet oħra biex toħloq sinerġija bejn l-Industrija, l-Edukazzjoni u l-Gvern.

L-Universita ta’ Helsinki

L-Università ta’ Ħelsinki hija l-eqdem u l-akbar istituzzjoni ta’ edukazzjoni akkademika fil-Finlandja. Bis-saħħa tal-qawwa tax-xjenza, l-Università kkontribwiet għall-edukazzjoni

u għall-benesseri tas-soċjetà sa mill-1640.

Reaktor

Reaktor huwa sieħeb tal-IA u tat-teknoloġija għan-negozji moderni. Noffru firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ aġenzija u ta’ konsulenza kummerċjali, mibnija fuq kompetenza teknoloġika eċċezzjonali u kapaċità ta’ eżekuzzjoni bla paragun. Bl-AI Reaktor, il-magni se jgħinuk issib

soluzzjonijiet meta r-realtà issir wisq kumplessa.

Irreġistra jew illoggja biex tikseb aċċess sħiħ għall-kors. Mingħajr ħlas! żur eskills.org.mt/elementsofai

Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkillsMalta; jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt