Futbol Sport

Emma Lipman tiskorja għal Lazio fil-Coppa Italia

Il-plejer tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Lazio, Emma Lipman skorjat fi draw ta’ 3-3 li Lazio kisbu kontra Inter fil-Coppa Italia Femminile li ntlagħbet ilbieraħ, b’Inter jikkwalifikaw għall-kwartifinali wara l-għoti tal-penalties. Fl-istess partita mal-ewwel ħdax kien hemm ukoll il-plejer Maltija Rachel Cuschieri.

Kailey Willis kienet mal-ewwel ħdax li bdew il-partita mill-istess kompetizzjoni li t-tim tagħha Hellas Verona lagħab kontra Florentia San Gimignano, b’Verona jkunu eliminati f’telfa ta’ 1-0.

Hayley Bugeja daħlet bħala sostituta fil-partita mill-Coppa Italia li Sassuolo lagħbu kontra Napoli, bil-partita tintemm fi draw ta’ 1-1, kienu Sassuolo li kwalifikaw wara l-għoti tal-penalties.