Coronavirus Lokali

Erba’ vittmi oħrajn tal-Coronavirus f’pajjiżna, il-vittmi jitilgħu għal 117

Il-Coronavirus ħalla erba’ vittmi oħrajn f’pajjiżna, tlieta minnhom fl-Isptar Mater Dei. B’hekk, it-total tal-vittmi issa tela’ għal 117.

Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li l-ewwel vittma tal-aħħar sigħat kien raġel ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fid-19 ta’ Novembru u miet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

It-tieni vittma kien raġel ta’ 71 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fid-29 ta’ Ottubru u miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Anke t-tielet vittma, raġel ta’ 80 sena, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater. Hu kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fil-11 ta’ Novembru.

U r-raba’ vittma hu raġel ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fis-16 ta’ Novembru u miem aktar kmieni llum fir-Residenza Good Samaritan.