Futbol Sport

Gatt isejjaħ l-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti għall-partiti kontra l-Ġorġja u Iżrael

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Mark Gatt, sejjaħ grupp ta’ 20 plejer għall-partiti fi Grupp 8 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022 kontra l-Ġorġja u Iżrael.

Gatt għażel li jżomm il-maġġoranza tal-plejers li kienu fl-iskwadra fl-aħħar waqfa internazzjonali f’Settembru fejn it-tim Malti lagħab kontra d-Danimarka. Fl-iskwadra se tirritorna wkoll Kayleigh Chetcuti ta’ Swieqi United li għamlet id-debutt tagħha mat-tim nazzjonali s-sena li għaddiet, filwaqt li Gatt għażel li jsejjaħ għall-ewwel darba lil Maya Lucia ta’ 17 -il sena li tilgħab ma’ Għargħur Raiders.

L-iskwadra msejjħa

GOWLKIPERS

Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Swieqi United).

DIFENSURI

Stephania Farrugia (Birkirkara); Emma Lipman (Lazio, Italy); Nicole Sciberras (Juventus, Italja); Alishia Sultana (Birkirkara); Charlene Zammit (Swieqi United).
 

MIDFIELDERS
Brenda Borg (Mġarr United); Ylenia Carabott (RCSC Charleroi, Belġju); Rachel Cuschieri (Lazio, Italja); Jade Flask (Swieqi United); Veronique Mifsud (Birkirkara); Dorianne Theuma (Swieqi United); Emma Xuereb (Swieqi United); Shona Zammit (Swieqi United); Maya Lucia (Raiders Għargħur); Kayleigh Chetcuti (Swieqi United).
 

ATTAKKANTI

Martina Borg (Sassari Torres, Italja); Haley Bugeja (Sassuolo, Italja); Maria Farrugia (Sunderland AFC Ladies, Ingilterra)