Coronavirus Futbol Sport

Il-Gvern Ingliż mistenni jħalli l-partitarji jirritornaw fl-istadiums

Il-Gvern Ingliż mistenni jħalli l-partitarji jirritornaw fl-istadiums wara li jintemm il-perjodu ta’ lockdown fl-Ingilterra nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru.

Sa massimu ta’ 2,000 partitarju se jitħallew jidħlu fi stadiums li jinsabu f’ibliet li jinsabu f’kategorija tnejn filwaqt li sa massimu ta’ 4,000 persuna se jitħallew jidħlu f’ibliet li jinsabu f’kategorija wieħed. L-ebda partitarju ma huwa se jitħalla jidħol fi grawnds li jinsabu f’żoni mmarkati f’kategorija tlieta.

Qabel ma tħabbar lockdown nazzjonali, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien approva sistema’ li l-ibliet fl-Ingilterra jkunu mmarkati f’żoni, b’dawk li jinsabu f’kategorija wieħed (tier one) huma l-ibliet li hemm l-anqas każijiet u l-inqas riskju li wieħed jinfetta ruħu bil-coronavirus filwaqt li f’kategorija tlieta (tier three) huma ż-żoni fejn l-aktar li hemm każijiet.