Lokali Parlament

Il-parlament isellem lil Oliver Friggieri

Il-parlament Malti sellem lill-Professur Oliver Friggieri li miet ftit ġranet ilu u ta l-kondoljanzi lill-familja Friggieri

Fil-bidu tas-seduta l-Ispeaker Anġlu Farrugia issospenda x-xogħol tal-Kamra u qal li kien xieraq li wara l-mewt tal-Professur Oliver Friggieri.

L-Ispeaker qal li Oliver Friggieri kien ikona tal-letteratura u ħassieb fl-impenn biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li Malta tilfet ikona tal-ħsibijiet li mexxa ‘l quddiem Oliver Friggieri favur il-lingwa Maltija.

Il-Whip tal-Gvern Glen Bedingfield qal li l-gvern jingħaqad mas-sentimenti tal-Ispeaker u tal-Oppożizzjoni u qal li konxju mill-ħidma u l-impenn favur l-identità Malitja li kellu l-Professur Friggieri, il-gvern se jtih funeral mill-Istat.