Futbol Sport

Illejla fis-7pm, l-intervista sħiħa ma’ Devis Mangia fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook

Dritt ghall-punt ma' Devis Mangia

Illejla fis-7pm, il-paġna ta’ Replay fuq Facebook, se tkun qed ixxandar l-intervista kollha ta’ siegħa, li saret mil-Kap ta’ Net Sports u presentatur tal-programmi Replay, Christian Micallef mal-kowċ nazzjonali Malti, Devis Mangia.

Il-bieraħ filgħaxija waqt il-programm Replay, ixxandret verżjoni qasira ta’ din l-intervista iżda llejla, fis-7pm, se tkun qed tixxandar l-intervista kollha u li tindirizza temi u punti diversi ta’ interess, li bla dubju jinteressaw lil kull dilettant tal-futbol Malti u wisq aktar lil kull min isegwi b’interess lit-timijiet nazzjonali ta’ pajjiżna. L-intervista li xxandret il-bieraħ, u li kienet twila madwar nofs siegħa, kienet segwita minn ħafna u kien għalhekk li t-tim tal-produzzjoni ta’ Replay ħa d-deċizjoni li joħroġ il-verżjoni sħiħa, b’kontenut mill-aktar interessanti.

Sabiex issegwi din l-intervista fis-7pm fuq Facebook, agħfas hawn.