Sport Sport Ieħor

Judd Trump jirbaħ l-Open tal-Irlanda ta’ Fuq għat-tielet sena konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Judd Trump għeleb lil Ronnie O’Sullivan 9-7 fil-finali tal-Open tal-Irlanda ta’ Fuq biex b’hekk rebaħ dan l-Open għat-tielet sena konsekuttiva u sar l-ewwel plejer tas-snooker li rebaħ Open kompetittiv tliet darbiet konsekuttivi sa mill-1996 meta dakinhar kien waqqaf dan ir-rekord Stephen Hardy. Din is-sena kawża tal-pandemija tal-coronavirus dan l-Open sar f’Milton Keynes fl-Ingilterra.

Fl-ewwel sessjoni li saret aktar kmieni lbieraħ waranofsinhar, Trump fetaħ vantaġġ ta’ 5-3. Fit-tieni sessjoni, Trump kompla kabbar il-vantaġġ tiegħu u mar 7-3 fil-vantaġġ iżda O’Sullivan irkupra tajjeb u sal-intervall tat-tieni sessjoni l-punteġġ kien dak ta’ 7-5. Minkejja l-pressjoni min naħa ta’ O’Sullivan lejn it-tmiem, Trump irnexxielu jirbaħ 9-7.