Sport Sport Ieħor

Kijan Sultana jirbaħ il-Queensland Junior Championships

Iż-żgħażugħ Malti Kijan Sultana rebaħ il-Queensland Junior Championships tal-isquash li saru fi Brisbane fl-Awstralja. F’dan it-turnament ħadu sehem aktar minn 75 parteċipant biż-żgħażugħ Malti ta’ 16 -il sena kkompeta fil-kategorija ta’ taħt is-17 il-sena.

Fil-finali, Sultana lagħab kontra Luke Eyles, wieħed mill-aqwa atlteti ta’ dan l-isport ta’ Queensland. Eyles rebaħ l-ewwel żewġ sets iżda Sultana rkupra tajjeb u dawwar ir-riżultat biex rebaħ 3-2. Kijan Sultana bħalissa qiegħed jgħix fl-Awstralja fejn qed jitħarreġ f’ambjent aktar professjonali u jinsab fl-ewwel post tar-ranking ta’ Queensland fil-kategorija ta’ taħt is-17 -il sena.

Ix-xahar li ġej, Kijan Sultana se jkun qiegħed jikkompeti fl-Australian Junior Championships u fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla se jkun parti mit-tim nazzjonali Malti tal-irġiel tal-isquash li se jieħdu sehem fil-European Team Championships.