Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia nsistiet li fil-pajjiż ma jistax jintilef iktar patrimonju nazzjonali.
Fl-Aġġornament id-deputat Nazzjonalista sellmet il-memorja tal-artist Ed Schembri u l-Professur Oliver Friggieri li mietu fl-aħħar ġranet u qalet li dawn taw kontribuzzjoni kbira fil-kultura Maltija. It-telfa ta’ Ed Shembri nħasset fis-settur tal-arti fejn l-artist kien jagħti wkoll kontribut fil-filantropija.
Dwar Oliver Friggieri hi qalet li Friggieri kien wieħed mil-letturi l-aktar kwieti u studjużi li dejjed lesti li jikkontribwixxi. Hu ta wkoll kontribuzzjoni straordinarja billi kompla jsus wara l-iżvilupp tal-linwga Maltija u jixpruna lis-soċjetà Malija bil-kitbiet tiegħu.
Hi qalet li Oliver Friggieri kellu l-akbar imħabba tiegħu kienet lejn il-partimonju kulturali u kompliet li s-Sovratindent Magro Conti tqaċċat mill-kariga u twarrab taħt ir-raġuni li issa se jkun qed jaqdi funzjonijiet oħra. F’dan it-tqaċċit ta’ Magro Conti hemm il-ħsieb li l-entitajiet pubbliċi għandhom ikunu ‘l bogħod minn idejn il-gvern.
Iżda l-gvern jidher li jħossu komdu li jċaqlaq lin-nies mingħajr raġunijiet validi li ma jagħmlux sens u għalhekk hu ta’ tħassib kbir dwar kif saret din iċ-ċaqlieqa ta’ Magro Conti.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li saet ukoll il-ħatra mmedjata tas-Sur Farrugia li bħalissa għandu bżonn li jisma’ li dak li hu mistenni minnu hu mhux biss l-impenn li jżomm il-livelli ogħlja tal-patrimonju nazzjonali kif irnexxielu jżomm Magro Conti iżda kli jwettaq ħafna iktar.
Dan għaliex ma’ kull ġimgħa li tgħaddi qed ikun hemm tkissir tal-patrimonju nazzjonali Malti. Bħala eżempju hi semmiet id-dar f’San Ġiljan li issa indifnet bi żvilupp li ma jirrispettax l-aspett storiku u kulturali tal-istruttura iżda jagħttiha b’enormità li ma tixtraqx.
Dawn il-binjiet storiċi qed ikunu trattati qishom jinsabu f’xi pjaneta differenti mill-ambjent tal-madwar; hawn qed isiru żbalji kbar. Dawn il-binijiet mhux jingħataw il-protezzjoni meħtieġa iżda qed ikun trattati biss fuq il-fond innifsu mingħajr attenzjoni għall-ambjent li jdawwar il-binja. Trid tinbidel din il-mentalità u l-kultura għaliex dawn il-binijiet m’għandhomx jiddawru b’bini mostruż.
Il-mod kif iċaqlaq Magro Conti jwassal għall-mistoqsija dwar kemm hu kbir il-poter tal-ministru dwr il-ħatra tas-Sovratendent, sostneit id-deputat Nazzjonalista, li kompliet billi appellat biex ma jinqax jintilef iktar patrimonju nazzjonali.
//= $special ?>