Lokali

MUMENT LI MMARKA L-ISTORJA: 35 sena mill-hijack tal-Egyptair

llum qed jitfakkar il-35 anniversarju mill-hijack tal-Egyptair – l-ajruplan li f’Novembru tal-1985 kien tniżżel f’pajjiżna wara li kien telaq minn Ateni fil-Greċja.

Il-hijack kien twettaq minn tliet Palestinjani li kienu armati, bid-destinazzjoni li fiha kellu jitniżżel l-ajruplan kienet il-Libja. Iżda minħabba li l-ajruplan ma kellux biżżejjed fuel, spiċċa tniżżel Malta.

Għall-ewwel, l-awtoritajiet Maltin ma kienux taw permess lill-ajruplan biex jinżel Malta u minkejja li l-aħħar tentattiv kien li ntfew id-dwal tar-runway, il-pilota xorta waħda rnexxilu jniżżel l-ajruplan – li kellu ħsarat kawża tal-isparaturi.

11-il passiġġier u żewġ membri tal-ekwipaġġ kienu tħallew jinżlu mill-ajruplan. Il-vittmi ta’ dan il-hijack kienu 60.

Omar Mohammed Ali Rezaq li kien wieħed milli ħataf it-titjira rnexxilu jsalva u ingħata l-kura fl-isptar San Luqa, iżda aktar tard ittieħed l-Amerika fejn ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs.